L-amministrazzjoni ta’ mediċina regolari u servizz ta’ infermier huma offruti kuljum lill-istudenti fl-iskejjel kollha tal-istat

ta’ Malta u Għawdex.

Dawn is-servizzi jinkludu:

  1. Amministrazzjoni ta’ pilloli u mediċina oħra kif preskritti mit-tabib.
  2. Testijiet ta’ zokkor fid-demm u amministrazzjoni ta’ insulina lil dawk l-istudenti li jbatu mid-dijabete.
  3. Amministrazzjoni ta’ urethral u suprapubic catheterisation, Ryle’s tube feeding, PEG (percutaneous endoscope gastrostomy) tube feeding, tibdil tal-boroż tal-colostomy u ileostomy.

L-infermiera huma provduti mill-privat u f’dawk l-iskejjel kollha tal-gvern, barra dawk speċjali, ikunu preżenti fil-ħin li t-tifel jew tifla jkollhom bżonn l-intervent skont id-direzzjoni tat-tabib. Mill-banda l-oħra, fir-Resource Centres, ikun hemm infermiera waqt il-ħin kollu tal-iskola.

Ġenituri li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz għandhom jiġbru formola mingħand il-kap tal-iskola, jimlewha huma flimkien mat-tabib tal-familja u jirritornawha l-uffiċċju tal-kap tal-iskola.