X’NEMMNU U X’IRRIDU NWETTQU

Skont il-mission statement tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi d-Direttorat irid jassigura l-operat effettiv u effiċjenti u t-tqassim ta’ servizzi lill-Kulleġġi tal-Istat fi ħdan qafas stabbilit ta’ deċentralizzazzjoni u awtonomija.

Viżjoni

It-tfal kollha għandhom l-opportunità li jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom billi jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess tat-tagħlim tagħhom, biex b’hekk jiġi żgurat l-iżvilupp ħolistiku u l-benesseri tagħhom.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana.

Miri

  • Li jagħti sapport u jinkoraġġixxi skejjel u Kulleġġi biex jippromwovu servizzi ta’ libreriji fl-iskejjel u attivitajiet kulturali li jsiru fl-iskejjel;
  • Li jassigura l-provvediment ta’ servizzi effettivi ta’ counsellors, ħaddiema soċjali, psikologi u persuni professjonali oħrajn skont il-ħtiġijiet tal-istudenti u l-familji tagħhom b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġi;
  • Li jipprovdi r-riżorsi meħtieġa għal programmi inklussivi u ta’ edukazzjoni speċjali u għal skemi oħrajn relatati mal-ħtiġijiet edukattivi individwali flimkien mal-Kulleġġi u l-iskejjel;
  • Li jassigura l-provvediment u l-koordinazzjoni ta’ servizzi vokazzjonali u dawk ta’ gwida għall-karriera, li jinkludu l-implimentazzoni ta’ programmi mmirati lejn l-akkwist ta’ korrelazzjoni skola-post tax-xogħol aħjar u biex jagħti l-għajnuna tiegħu fl-istadji ta’ tranzizzjoni, inklużi dawk mill-iskola għax-xogħol;
  • Li jassigura l-provvediment ta’ servizzi meħtieġa biex jittratta b’manjiera effettiva kwistjonijiet ta’ kondotta tajba u ta’ dixxiplina, ta’ abbuż ta’ tfal, ta’ bbuljar u ta’ abbuż mid-droga;
  • Li jppromwovi s-saħħa fiżika u mentali ta’ studenti permezz ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar is-saħħa, servizzi ta’ skrinjar mediku u programmi dwar mod t’għajxien f’saħħtu;
  • Li jgħin lill-Kulleġġi fl-organizzazzjoni ta’ inizjattivi u proġetti speċjali;

Li jikkooopera ma’ istituzzjonijiet lokali u barranin, u jinkoraġġixxi u jħaffef parteċipazzjoni aħjar fi programmi, boroż ta’ studju, u l-bdil internazzjonali ta’ studenti u personnel, partikolarment fi stituzzjonijiet u programmi tal-Unjoni Ewropea.