DIRETTUR

Mark Amato

Sur Mark Amato

B. Ed. (Hons), M. Ed. (Melit),

Direttur

Mark Amato

Mark Amato ggradwa mill-Università ta’ Malta bħala B. Ed. (Hons.) fl-2006 u għandu wkoll M. Ed. (Melit.) fit-Tagħlim tal-Etika (2017). Huwa ħadem fil-qasam edukattiv għal aktar minn 20 sena u għallem kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell medju (Middle School) u sekondarju. Fl-2015, ifforma parti minn tim ta’ 4 għalliema li niedu b’suċċess l-ewwel Ethics Education Programme fl-iskejjel tal-Istat.

Qabel il-ħatra tiegħu bħala Direttur - National Student Wellbeing Services (NSWS), huwa okkupa l-post ta’ Deputat Kap fi skola sekondarja u postsekondarja vokazzjonali (ALP), u bħala Uffiċjal Edukattiv (Programmi Akkreditati) fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR).

Fl-2021, Mark serva bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM), billi kien Ethics Advisor għall-Working Groups dwar is-Servizzi u t-Teknoloġija. Huwa kien ukoll membru fit-tim li ħadem fuq id-dokument Achieving a Service of Excellence, A 5-YEAR STRATEGY FOR THE PUBLIC SERVICE.

Barra l-ħidma tiegħu fis-servizz pubbliku, Mark huwa Visiting Lecturer u Eżaminatur fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta. Huwa jżur u jassessja l-istudenti għalliema waqt il-prattiku tagħhom fl-iskejjel. L-interessi professjonali tiegħu jinkludu l-benesseri tal-istudenti inkluż is-saħħa mentali, l-edukazzjoni etika, l-iddisinjar tal-kurrikulu, l-inklużjoni u l-ekwità, l-edukazzjoni bikrija, l-edukazzjoni alternattiva u t-tagħlim tul il-ħajja.