Service Type: Servizzi2

Servizz ta’ Ħidma Soċjali

Il-ħaddiema soċjali huma ħolqa bejn l-iskola u d-dar, jippromwovu l-involviment tal-familja fl-edukazzjoni tat-tfal tagħhom u jgħinu lill-istaff jifhem u jirrelata ma’ forom diversi ta’ familji, stili ta’ ħajja u għajxien.

Is-Servizzi ta’ Counselling

Is-Servizz tal-Counselling għall-iskejjel jeżisti biex jippromwovi u jtejjeb is-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali tal-istudenti tal-età tal-iskola obbligatorja.

Is-Servizz tal-Prefett tad-Dixxiplina fl-Iskejjel

Dwar is-servizz

Kull skola fi ħdan il-Kulleġġi tal-iskejjel ta’ Malta għandha r-regoli tagħha dwar l-imġiba sabiex ikun żgurat li kulħadd ikun jista’ jitgħallem f’ambjent organizzat, pjaċevoli u sikur. Il-Prefetti tad-Dixxiplina fi ħdan l-iskejjel jikkollaboraw mal-iskola kif ukoll ma’ entitajiet barra mill-iskola sabiex jippromwovu mġiba pożittiva bbażata fuq ir-rispett reċiproku. Id-dixxiplina hija proċess ta’ tagħlim li jieħu l-ħin u l-paċenzja u li jwassal sabiex student ikollu aktar kunfidenza u fiduċja fih innifsu sabiex jitgħallem jagħmel l-aħjar għażliet. Il-Prefetti tad-Dixxiplina jiġu msejħa mill-iskejjel sabiex jinvestigaw każijiet ta’ ksur serju tar-regolamenti tal-imġiba, fejn ikun hemm sitwazzjonijiet ta’ mġiba diffiċli u li jirrekjedu għajnuna speċjalizzata. Il-Prefetti tad-Dixxiplina, flimkien ma’ servizzi oħra, jipprovdu sapport lil dawn it-tfal u lil ta’ madwarhom sabiex jiżviluppaw kapaċitajiet soċjali, espressjoni emozzjonali u komunikazzjoni effettiva. Bħala professjonisti rridu nifhmu s-sitwazzjoni ta’ kull student u nkunu sensittivi għall-bżonnijiet tagħhom sabiex inkunu nistgħu nipprovdu l-aħjar għajnuna u edukazzjoni għall-persuna individwali.

 

Is-Servizz tal-Youth Work

Youth Workers huma edukaturi professjonali li jaħdmu fuq l-aspett personali, soċjali, emozzjonali u politiku taż-żagħżugħ Ix-xogħol tagħhom huwa maħsub u ppjanat madwar dan it-tip ta’ tagħlim li jkun minsuġ u maħdum fil-programm stess. Is-servizz tal-Youth Workers huwa pprovdut bħala parti mis-servizz tat-tim edukattiv psiko-soċjali tal-Kulleġġ. Is-servizz tal-Youth Workers huwa mifrux l-iktar mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Kulleġġ. Youth Workers jaħdmu mal-istudenti permezz ta’ edukazzjoni informali u non-formali l-iktar bi prattiki bbażati fuq proġetti. Is-servizzi li nagħtu jsiru b’kollaborazzjoni mal-Learning Support Zones, SMTs, Guidance Teachers u Subject Teachers. Ix-xogħol speċjalizzat tal-Youth Workers jindirizza programmi dwar l-imġiba, tisħiħ ta’ ħiliet, u għarfien dwar is-saħħa emozzjonali u soċjali fost oħrajn. Dawn is-sessjonijiet isiru fuq livell individwali jew fi grupp. Kull professjonist li jinduna b’xi bżonnijiet ta’ studenti huwa inkuraġġut jirreferi dawk l-istudenti li jibbenefikaw mis-servizz tal-Youth Worker