Servizz Għożża huwa servizz fid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi li joffri sapport lil ommijiet żgħażagħ, missirijiet u l-ġenituri tagħhom.
Service Type: Education Psycho-Social Services2
Is-servizz taċ-Child Safety Service
Is-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal (CSS) huwa servizz speċjalizzat fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, li jittratta sitwazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal. It-‘tfal’ tirreferi għal dawk li għandhom inqas minn 18-il sena.
Is-Servizz kontra l-użu ta’ Sustanzi Abbużivi
Is-servizz huwa magħmul minn numru ta’ għalliema tal-guidance responsabbli mill-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex.
Is-Servizz kontra l-ibbuljar
Is-Servizz ta’ kontra l-ibbuljar jifforma parti mis-Safe School Programme fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali fid-Dipartiment Servizzi Nazzjonali għall-Istudenti.
Servizz ta’ Ħidma Soċjali
Il-ħaddiema soċjali huma ħolqa bejn l-iskola u d-dar, jippromwovu l-involviment tal-familja fl-edukazzjoni tat-tfal tagħhom u jgħinu lill-istaff jifhem u jirrelata ma’ forom diversi ta’ familji, stili ta’ ħajja u għajxien.
Servizz Gwida għall-Karriera
Matul dawn l-aħħar snin, id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi (DES) impjega numru ta’ persuni sabiex jaħdmu fuq is-servizz ta’ gwida għall-karrieri.
Is-Servizzi ta’ Counselling
Is-Servizz tal-Counselling għall-iskejjel jeżisti biex jippromwovi u jtejjeb is-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali tal-istudenti tal-età tal-iskola obbligatorja.