Objettivi tas-Servizz
Filwaqt li jadotta pożizzjoni ta’ tolleranza żero kontra l-abbuż ta’ sustanzi u l-pussess ta’ oġġetti relatati mas-sustanzi fl-iskejjel, is-Servizz Kontra l-Abbuż ta’ Sustanzi għandu l-mira li:
- irawwem ambjent tal-iskola sigur u ta’ sapport li jwassal għall-apprendiment u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja san.
- jiżgura li l-ambjent tal-iskola jinżamm mingħajr abbuż ta’ sustanzi.
- jipprevjeni kwalunkwe riskju u deni lill-istudenti u individwi oħrajn li jista’ jirriżulta mill-abbuż ta’ sustanzi.
- jiżgura l-konsistenza bejn il-messaġġ mogħti dwar l-abbuż ta’ sustanzi u l-abbuż komprensiv f’ambjenti edukattivi.
Servizzi Offruti
- jgħin lill-iskejjel jiżviluppaw strateġiji ta’ prevenzjoni relatati mal-użu ta’ sustanzi;
- joffri programmi ta’ prevenzjoni varji lill-istudenti, il-ġenituri u individwi oħra għall-prevenzjoni tar-riskju u t-tnaqqis ta’ deni li jirriżulta mill-użu ta’ sustanzi. Tali programmi ta’ prevenzjoni saru kemm mit-Tim Kontra l-Abbuż ta’ Sustanzi f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn bħal Sedqa, Caritas, Oasi, Alcoholics Anonymous, Unità tad-Drama, Uffiċjali Edukattivi tal-PSCD, l-Iskwadra tal-Pulizija kontra d-Drogi u l-Millennium Chapel fost oħrajn;
- jgħin lill-istudenti jtejbu l-kunfidenza fihom infushom biex ikunu jistgħu jimmaniġġaw aħjar il-pressjoni mill-ħbieb;
- jgħin lill-istudenti jespandu aktar l-għarfien tagħhom dwar is-sustanzi permezz ta’ sorsi affidabbli;
- jgħin lill-istudenti jifhmu li jistgħu jitgħallmu mill-esperjenzi ta’ oħrajn li jkunu ħadu s-sustanzi, biex ikunu jistgħu jevitaw li jagħmlu l-istess żbalji;
- iqajjem kuxjenza dwar l-effetti tal-abbuż ta’ sustanzi u l-liġi relatata mal-użu mhux xieraq tas-sustanzi;
- jgħin lill-istudenti jifhmu li punt tat-tluq importanti ħafna għal għażliet b’saħħithom huwa li japprezzaw lilhom infushom u nies oħra u li jinvolvu ruħhom f’alternattivi sani bħal sports, passatempi u xogħol ta’ volontarjat.
Konsultazzjoni u Riferimenti
- joffri assistenza lill-iskejjel fejn iseħħu każijiet ta’ allegat abbuż ta’ sustanzi u jipprovdi pariri tekniċi dwar kwistjonijiet ta’ politika u proċeduri rigward riferimenti tal-iskola. Jeħtieġ li timtela formola ta’ riferiment uffiċjali minn kwalunkwe individwu li jissuspetta l-involviment tal-istudent bl-użu tas-sustanzi;
- jidentifika u jappoġġja studenti li huma f’riskju u li qed jużaw sustanzi b’mod mhux xieraq permezz ta’ sessjonijiet individwali u fi grupp;
- jikkoordina u jservi bħala rabta bejn l-istudenti u professjonisti u aġenziji oħrajn;
- jgħin fi studji varji bħall-Istħarriġ ESPAD.