Objettivi tas-Servizz

Is-servizz għall-istudenti b’nuqqas fis-smigħ għandu l-mira li: 

  • Iqajjem kuxjenza dwar is-Servizz għall-Istudenti b’nuqqas fis-Smigħ;
  • Jgħin lill-istudenti jaċċessaw il-Kurrikulu Nazzjonali u l-eżamijiet skont il-kapaċità tagħhom;
  • Jissapportja lill-istudenti fis-snin skolastiċi tagħhom biex isiru żgħażagħ u adulti indipendenti;
  • Isostni lill-istudenti meta jaffaċċjaw sfidi u diffikultajiet relatati mat-telf tas-smigħ kemm f’kuntest ta’ skola/klassi, kif ukoll fil-kuntest tad-dar;
  • Jgħin lill-istudenti jaċċessaw il-Kurrikulu Nazzjonali u l-eżamijiet skont il-kapaċità tagħhom;
  • Jissapportja lill-istudenti fis-snin skolastiċi tagħhom biex isiru żgħażagħ u adulti indipendenti;
  • Isostni lill-istudenti meta jaffaċċjaw sfidi u diffikultajiet relatati mat-telf tas-smigħ kemm f’kuntest ta’ skola/klassi, kif ukoll fil-kuntest tad-dar;
  • Jattendi IEPs u/jew konferenzi tal-każijiet u jipprovdi input;
  • Joffri sessjonijiet informattivi dwar n-nuqqas fis-smigħ u problemi relatati mal-immaniġġjar tal-istudenti b’nuqqas fis-smigħ lill-edukaturi.

Servizzi Offruti

Is-servizz huwa pprovdut lill-istudenti kollha li għandhom nuqqas fis-smigħ sew jekk huwa nuqqas fis-smigħ ħafif, moderat, sever jew profond. Dawn l-istudenti normalment jilbsu hearing aids jew għandhom impjant cochlear u għandu mnejn jużaw apparat tar-radju. Sapport u pariri konsistenti u fil-ħin huma pprovduti wkoll lill-ġenituri/tuturi/carers.

Il-biċċa l-kbira tal-istudenti għandhom sessjonijiet kull ġimgħa ma’ Għalliem(a) tat-Torox (ToD) fil-klassi jew fuq bażi individwali. Id-durata u l-għadd ta’ sessjonijiet jiddependu fuq il-piż tal-każijiet tal-Għalliem(a) tat-Torox kif ukoll fuq il-ħtiġijiet individwali tal-istudent. Pereżempju, isiru sessjonijiet aktar qosra fir-rigward ta’ studenti tal-iskola preprimarja u tal-Kindergarten.

Xi studenti bħal dawk li għandhom nuqqas fis-smigħ ħafif għandu mnejn jeħtieġu monitoraġġ biss tul is-sena skolastika (każijiet perjodiċi). Sessjonijiet għal studenti tal-iskola preprimarja jsiru fid-djar jew fiċ-ċentri tal-kura tat-tfal, filwaqt li sessjonijiet għall-istudenti l-oħra jsiru fl-iskejjel. L-Għalliema tat-Torox jiżgura li l-iskejjel japplikaw għal arranġamenti għall-aċċess xierqa għal eżamijiet ibbażati fl-iskola u dawk nazzjonali. Huma jaġixxu wkoll bħala komunikaturi waqt dawn l-eżamijiet.

L-Għalliema tat-Torox jissapportjaw u jagħtu pariri lill-ġenituri/tuturi/carers, l-Għalliem(a) tal-Klassi, l-Edukatur għal Sapport fit-Tagħlim, il-Peripatetic Staff u t-Tim tal-Maniġment Superjuri.

Servizz awdjoloġiku li jinkludi testijiet tas-smigħ u l-iċċekkjar ta’ hearing aids huwa pprovdut minn awdjoloġista edukattiv kwalifikat fis-Servizzi Nazzjonali għal Sapport fl-Iskejjel, il-Ħamrun.

Proċeduri

It-trabi u t-tfal jistgħu jiġu riferuti minn konsulenti tal-ENT, awdjoloġisti, u permezz tal-iskejjel. Awdjogramma, mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni u l-formola tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsens, iffirmata mill-ġenitur(i) jew it-tutur(i) legali, għandha tintbagħat lis-Servizzi Nazzjonali għas-Sapport fl-Iskejjel, Servizz ta’ Dawk b’Nuqqas fis-Smigħ.

Eliġibbiltà għas-Servizz

Trabi li għandhom kemm ingħataw dijanjosi li għandhom nuqqas fis-smigħ, u tfal tal-iskola preprimarja, studenti tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li għandhom nuqqas fis-smigħ.