Youth Workers huma edukaturi professjonali li jaħdmu fuq l-aspett personali, soċjali, emozzjonali u politiku taż-żagħżugħ Ix-xogħol tagħhom huwa maħsub u ppjanat madwar dan it-tip ta’ tagħlim li jkun minsuġ u maħdum fil-programm stess. Is-servizz tal-Youth Workers huwa pprovdut bħala parti mis-servizz tat-tim edukattiv psiko-soċjali tal-Kulleġġ. Is-servizz tal-Youth Workers huwa mifrux l-iktar mal-iskejjel medji u sekondarji tal-Kulleġġ. Youth Workers jaħdmu mal-istudenti permezz ta’ edukazzjoni informali u non-formali l-iktar bi prattiki bbażati fuq proġetti. Is-servizzi li nagħtu jsiru b’kollaborazzjoni mal-Learning Support Zones, SMTs, Guidance Teachers u Subject Teachers. Ix-xogħol speċjalizzat tal-Youth Workers jindirizza programmi dwar l-imġiba, tisħiħ ta’ ħiliet, u għarfien dwar is-saħħa emozzjonali u soċjali fost oħrajn. Dawn is-sessjonijiet isiru fuq livell individwali jew fi grupp. Kull professjonist li jinduna b’xi bżonnijiet ta’ studenti huwa inkuraġġut jirreferi dawk l-istudenti li jibbenefikaw mis-servizz tal-Youth Worker