Missjoni

Is-Servizzi għas-Sigurtà tat-Tfal (CSS) jimmaniġġja kwistjonijiet relatati mal-abbuż tat-tfal. Huwa servizz edukattiv u terapewtiku, li joffri l-għajnuna permezz ta’ intervent mal-istudenti, il-ġenituri u l-membri tal-persunal. Is-servizz ifittex li jappoġġa t-tfal li huma vittmi ta’ abbuż jew huma f’riskju ta’ abbuż. Dan jiġi promoss mill-programmi ta’ prevenzjoni, konsultazzjonijiet, il-monitoraġġ ta’ każijiet u ħidma kollaborattiva ma’ servizzi oħra.

Servizzi Offruti

  • Sessjonijiet ta’ intervent individwali ma’ studenti tal-età tal-iskola u l-ġenituri/tuturi tagħhom;
  • Sessjonijiet fi gruppi żgħar;
  • Interventi fil-klassi;
  • Laqgħat mal-ġenituri;
  • Laqgħat mat-Tim tal-Maniġment Superjuri;
  • Appoġġ u konsultazzjoni mal-edukaturi, inklużi membri tat-Timijiet tal-Maniġment Superjuri tal-iskejjel;
  • Attivitajiet ta’ prevenzjoni, bħal taħditiet mal-ġenituri;
  • Provvediment ta’ sessjonijiet CoPE u taħriġ ieħor għall-edukaturi;
  • Lezzjonijiet ta’ prevenzjoni mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-klassi;
  • Riferiment lil membri oħra tat-tim Psikosoċjali;
  • Ħidma kollaborattiva ma’ professjonisti/entitajiet oħrajn.