Il-Missjoni Tagħna
Is-Servizz tal-Counselling għall-iskejjel jeżisti biex jippromwovi u jtejjeb is-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali tal-istudenti tal-età tal-iskola obbligatorja. Nimmiraw li nipprovdu servizz empatiku, kunfidenzjali u mingħajr ġudizzju biex ngħinu ntaffu s-sofferenza u l-inkwiet li ż-żgħażagħ jistgħu jkunu qed jesperjenzaw.
Objettiv:
- L-objettiv tas-servizz huwa li jgħin lill-istudenti jegħlbu d-diffikultajiet u jibdlu aspetti emozzjonali, konjittivi jew tal-imġiba li huma adattati ħażin jew mhumiex b’saħħithom.
- Il-Counselling huwa mmirat biex jgħin lill-istudenti jiksbu xejra ta’ ħsieb u mġiba aktar adattiva u bidla sodisfaċenti fl-individwu.
- Il-Counselling huwa proċess li jagħti kapaċità, li joffri modi alternattivi biex l-individwu jaħseb, iħoss u jaġixxi b’mod aktar b’saħħtu.
- Il-Counselling huwa mmirat għal ħidma f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-familja tal-istudenti, l-iskola u professjonisti u/jew servizzi oħra li jissapportjaw lill-minorenni.
Servizzi:
- Jipprovdu sessjonijiet individwali mal-individwi.
- Ikollhom laqgħat mal-ġenituri/carers.
- Ikollhom interventi fil-klassi.
- Ikollhom taħditiet ta’ informazzjoni mal-ġenituri.
- Jagħmlu riferimenti lil membri oħra tat-tim edukattiv psikosoċjali.
- Jagħmlu ħidma kollaborattiva ma’ professjonisti/entitajiet oħrajn.
Meta jsir riferiment
Meta jkun hemm bidla fl-imġiba fit-tfal, eż.
- Dwejjaq,
- Aggressjoni,
- Lingwa faħxija,
- Wieħed jinnota l-argumentazzjoni kostanti bejn l-istess studenti.
- Tnaqqis ġenerali fil-marki tal-istudenti
Kwistjonijiet oħra:
- Telf/Niket
- Separazzjoni familjali
- Meta l-istudenti jsemmu formazzjoni ta’ ideat ta’ suwiċidju jew li l-ħajja hija insapportabbli;
- Meta l-istudenti jafdaw fik dwar sitwazzjonijiet serji bħal abbuż (sesswali, emozzjonali, fiżiku) jew Vjolenza Domestika;
- Meta jiġu nnotati kwistjonijiet ta’ saħħa mentali.
Proċedura ta’ Riferiment
- Riferiment għal servizz tal-Counselling jista’ jsir jew jiġi sottomess minn edukatur, professjonisti oħrajn (fi ħdan is-sistema tal-edukazzjoni, jew barra minnha), il-ġenituri jew l-istudenti nfushom.
Riferimenti ulterjuri mis-Servizz tal-Counselling
- Jekk tqum il-ħtieġa, l-istudenti jiġu riferiti għal servizzi oħrajn bħal:
- Jekk hemm suspett ta’ abbuż, l-istudenti jiġu riferiti għall-għalliem(a)/prattikant(a) ta’ gwida mas-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal, u mbagħad, jekk meħtieġ, isir riferiment għad-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal.
- Jekk hemm bullying, l-istudent jiġi riferut lis-Servizz Kontra l-Ibbuljar.
- Jekk hemm involuti sustanzi illeċiti, l-istudent jiġi riferut lis-Servizz Kontra l-Abbuż ta’ Sustanzi.
- L-istudenti jiġu riferuti wkoll għal CAPES (servizz ta’ emerġenza fl-Isptar Mater Dei) fejn ikun hemm problemi ta’ saħħa mentali serji li jkunu f’riskju ta’ ħsara lilhom infushom jew lil oħrajn.
- Fejn hemm assenteiżmu, l-istudenti jiġu riferuti lill-ħaddiema soċjali tal-kulleġġ.
- Jekk jinqala’ l-bżonn, il-ġenituri jingħataw parir biex jirreferu lit-tifel/tifla tagħhom għal evalwazzjoni psikjatrika minn psikjatri. Il-ġenituri se jkunu mitluba jinfurmaw lit-tabib tal-familja tagħhom li mbagħad jirreferihom għas-CYPS jew prattikanti oħrajn.
- Jekk hija kwistjoni serja li tinvolvi ħsara lilhom infushom, il-counsellor jista’ jagħżel li jibgħat lill-istudent(a) għand id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.