Stqarrija tal-Missjoni
Servizz Għożża jipprovdi servizz ta’ sapport u programm edukattiv li jfittex li jappoġġa minorenni żgħar tqal. Il-programm ifittex biex jikseb l-objettivi tiegħu billi jippromwovi l-benesseri psikosoċjali u emozzjonali tal-adolexxenti billi jħeġġiġhom jadottaw attitudni pożittiva lejn l-istat ta’ ġenitur, filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni u l-impjieg.
Servizzi Offruti
- programm estensiv għat-tfajliet adolexxenti bil-kollaborazzjoni ta’ professjonisti oħrajn inklużi qbiela, ħaddiema soċjali u counsellors;
- programm tal-ħiliet tal-ġenituri għall-omm żagħżugħa u t-tarbija tagħha;
- programmi ta’ prevenzjoni għall-ġenituri tal-istudenti fis-Seba’ Klassi;
- programmi ta’ prevenzjoni għall-istudenti fid-Disa’ Sena, li jimmiraw ir-relazzjonijiet u l-esperimentazzjoni sesswali;
- servizz ta’ counselling għat-tfajliet adolexxenti, l-imsieħba tagħhom u l-familji rispettivi;
- sessjonijiet ta’ gruppi ta’ sapport għall-ġenituri tat-tfajliet adolexxenti tqal;
- gruppi ta’ sapport għall-missirijiet adolexxenti;
- sessjonijiet dwar karrieri mfassla apposta biex jappoġġaw lit-tfajliet adolexxenti biex isegwu l-perkors tal-karriera edukattiva tagħhom;
- jiffaċilitaw kuntatti ma’ organizzazzjonijiet u servizzi rilevanti li jistgħu jappoġġaw lill-ġenituri adolexxenti, inklużi gruppi ta’ sapport għall-Omm u t-Tarbija;
- programmi ta’ outreach speċjalizzati għal gruppi speċifiċi ta’ studenti, li jiffokaw fuq programm komprensiv ta’ edukazzjoni sesswali u t-tqala fl-adolexxenza.
Ikkuntattjana
Link ta’ Facebook: https://www.facebook.com/ilearn.edu.mt/
Indirizz: Servizz Għożża, Triq L-Arznell, Mxlokk. MXK 1432
Ikkuntattjana: 2598 6147/8, 25986145, 25986146
Indirizz elettroniku: [email protected]