Objettivi tas-Servizz
Is-servizz għandu l-mira li jipprovdi lill-istudenti b’esperjenza edukattiva minkejja l-assenza tagħhom mill-iskola. Għandu wkoll il-mira li jappoġġa lill-istudenti biex jerġgħu jintegraw fl-iskola fiż-żmien xieraq.
Eliġibbiltà għas-servizz
L-istudenti huma eliġibbli għas-servizz tal-Home Tuition jekk:
- għandhom dijanjosi li huma morda b’mod kroniku (iżda mhux kuntaġġjuż) u ma jistgħux jattendu l-iskola;
- għandhom kundizzjoni medika li teħtieġhom li jkunu assenti mill-iskola għal perjodu ta’ mhux inqas minn erba’ ġimgħat;
- qegħdin jirkupraw minn intervent kirurġiku, ksur jew inċident.
Min jista’ jirreferi lill-istudenti għas-servizz tal-Home Tuition?
Il-formola tal-applikazzjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-kunsens iffirmata mill-ġenituri/tuturi u ċ-ċertifikati mediċi rilevanti jintbagħtu mill-iskola.