Matul is-snin, LSCs offrew programmi temporanji għal studenti b’diffikultajiet serji soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. After the schools and colleges have Wara li l-iskejjel u l-kulleġġi jkunu eżawrew is-servizzi ta’ għajnuna tagħhom, ikunu rreferew lill-istudenti għal jew żona ta’ klassi ta’ trobbija (primarja) jew żona ta’ għajnuna fit-tagħlim (sekondarja) rigward programm strutturat u l-istudenti jkunu segwew l-istrateġiji kollha li jkunu qed jiġu implimentati mill-professjonisti kollha, l-amministrazzjoni tal-iskola għandha tibgħat formola ta’ referenza lill-ispeċjalista SEBD. Ladarba l-ispeċjalista SEBD jkun ħadem mal-istudent u mal-iskola għandha tittlaqqa’ konferenza dwar il-każ mal-professjonisti kollha biex l-istudent isegwi programm fl-LSC. Il-Maniger tas-Servizzi (Edukazzjoni Speċjali)/Prinċipal tal-Kulleġġ għandu jiġi mistieden jew informat rigward id-data tal-konferenza dwar il-każ.
Is-servizz huwa offrut lill-istudenti tal-iskola primarja u l-iskola sekondarja. Iċ-ċentri għandhom l-għan li joffru lill-istudenti provvediment edukattiv alternattiv u joffru mentoraġġ waqt il-proċess tar-riintegrazzjoni. L-istudenti jingħataw kurrikulu bbilanċjat akkumpanjat minn programm intensiv fuq għarfien emozzjonali/tal-emozzjonijiet, stima tiegħek/fiduċja fik innifsek, maniġġjar tar-rabja u taħriġ ta’ ħiliet soċjali. L-istudenti jirċievu għajnuna biex jagħmlu ħilithom rigward l-imġiba tagħhom li qed tkun ta’ sfida għalihom permezz ta’ “Programm ta’ Modifikazzjoni ta’ Mġiba” li jitfassal u jiġi rrekordjat skont l-isforz u progress li jkunu qed jagħmlu. Il-programm fl-LSC għandu l-għan ukoll li jintegra mill-ġdid lill-istudenti lura fi ħdan l-iskola normali tagħhom. Biex ikun żgur li integrazzjoni mill-ġdid issir bla skossi u li tkun suċċess, isiru assessments tal-prontezza tal-istudenti. Għandha ssir laqgħa bejn l-LSC u l-kulleġġ/skola rispettiva tal-istudenti biex jiġi diskuss il-pjan ta’ riintegrazzjoni. Matul il-programm imfassal, l-istudent ikun akkumpanjat minn staff ta’ għalliema tal-LSC. Wara li jidher li sar xogħol tajjeb, l-għadd ta’ jiem fi skola normali jiżdied gradwalment. L-għan ewlieni tal-LSC huwa li jgħin lill-istudent jakkwista ħiliet biex jirnexxi f’ambjent ta’ skola u li b’hekk itejjeb il-prospetti futuri tiegħu/tagħha. Fil-preżent hawn ħames Ċentri ta’ Għajnuna fit-Tagħlim: Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ San Tumas Moore (Il-Ħamrun), Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ San Nikola (In-Naxxar), Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tag Is-servizz huwa offrut lill-istudenti tal-iskola primarja u l-iskola sekondarja. Iċ-ċentri għandhom l-għan li joffru lill-istudenti provvediment edukattiv alternattiv u joffru mentoraġġ waqt il-proċess tar-riintegrazzjoni. L-istudenti jingħataw kurrikulu bbilanċjat akkumpanjat minn programm intensiv fuq għarfien emozzjonali/tal-emozzjonijiet, stima tiegħek/fiduċja fik innifsek, maniġġjar tar-rabja u taħriġ ta’ ħiliet soċjali. L-istudenti jirċievu għajnuna biex jagħmlu ħilithom rigward l-imġiba tagħhom li qed tkun ta’ sfida għalihom permezz ta’ “Programm ta’ Modifikazzjoni ta’ Mġiba” li jitfassal u jiġi rrekordjat skont l-isforz u progress li jkunu qed jagħmlu. Il-programm fl-LSC għandu l-għan ukoll li jintegra mill-ġdid lill-istudenti lura fi ħdan l-iskola normali tagħhom. Biex ikun żgur li integrazzjoni mill-ġdid issir bla skossi u li tkun suċċess, isiru assessments tal-prontezza tal-istudenti. Għandha ssir laqgħa bejn l-LSC u l-kulleġġ/skola rispettiva tal-istudenti biex jiġi diskuss il-pjan ta’ riintegrazzjoni. Matul il-programm imfassal, l-istudent ikun akkumpanjat minn staff ta’ għalliema tal-LSC. Wara li jidher li sar xogħol tajjeb, l-għadd ta’ jiem fi skola normali jiżdied gradwalment. L-għan ewlieni tal-LSC huwa li jgħin lill-istudent jakkwista ħiliet biex jirnexxi f’ambjent ta’ skola u li b’hekk itejjeb il-prospetti futuri tiegħu/tagħha. Fil-preżent hawn ħames Ċentri ta’ Għajnuna fit-Tagħlim: Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ San Tumas Moore (Il-Ħamrun), Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ San Nikola (In-Naxxar), Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ Santa Margerita (Il-Fortini), Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ Santa Margerita (Bormla), u Ċentru ta’ Għajnuna fit-Tagħlim Kulleġġ San Injazju (Il-Marsa). L-aħħar ċentru msemmi hawn huwa maħsub għal studenti mill-iskola Primarja, waqt li l-erbgħa l-oħra huma maħsubin li jkunu ta’ għajnuna għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji.