F’Malta hemm erba’ Ċentri ta’ Riżorsa. Dawn huma:

  • Iċ-Ċentru ta’ Riżorsa San Miguel huwa maħsub għal studenti tal-iskola primarja li jkollhom ħtiġijiet edukattivi individwali (IEN). L-iskola għandha l-għan li tipprovdi edukazzjoni mfassla biex tilħaq il-ħtiġijiet tat-tfal indivdwali. L-iskola għandha l-għan li tipprovdi edukazzjoni mfassla biex tilħaq il-ħtiġijiet tat-tfal indivdwali. Għal studenti/tfal li jużaw il-wheelchair jew buggy, jiġi pprovdut trasport speċjalizzat. Tingħata importanza għall-parteċipazzjoni tal-ġenituri, li huma mħeġġa li jkunu involuti direttament fil-programm edukattiv ta’ uliedhom. Iċ-Ċentru joffri wkoll servizzi u programmi speċjalizzati għal trabi, tfal tal-kinder u studenti tal-iskola primarja b’IEN li jkunu ġejjin minn skejjel mainstream. Dan iċ-Ċentru jifforma parti mill-Kulleġġ Santa Klara. Tel. 21374224 21374224
  • Guardian Angel Resource Centre joffri edukazzjoni sekondarja għal studenti li għandhom bejn 11 u 16-il sena. Is-suġġetti kollha huma adattati ħafna mill-għalliema biex jilħqu l- bżonnijiet ta’ kull student. Nagħtu ħafna importanza lil independent living skills u community based activities. Kull student għandu l-opportunità Ii jgawdi mill-użu ta’ laboratorji bit- tagħmir kollu neċessarju tal-Home Economics, ix-Xjenza, Design and Technology u nsibu wkoll kmamar speċjalizzati bħal tal- Opti Music u l-kamra multisensorjali. Fiċ-Ċentru tagħna noffru wkoll klassijiet fuq bażi part time għal studenti minn skejjel differenti li jixtiequ jattendu ċ-Ċentru tagħna bejn darbtejn u tliet darbiet fil-ġimgħa. Kull student għandu programm individwali b’lista ta’ strateġiji u għanijiet li jrid/trid tilħaq sal-aħħar tas-sena skolastika. Dan iċ-Ċentru jifforma parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Tel. 21251190. 21251190.
  • Iċ-Ċentru ta’ Rizorsa Helen Keller huwa maħsub għal studenti PMLD li jkollhom bejn 12 and 16-il sena kif ukoll għal żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-22 sena. L-istudenti tagħna għandhom profound and multiple learning disabilities u jsegwu kurrikulu bbażat fuq il-kurrikulu nazzjonali li iżda jkun adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Iċ-Ċentru jilqa’ fih ukoll Speech Therapist u tim ta’ fiżjoterapisti kull gimgha, li jimmoniterjaw il-bżonnijiet tal-istudenti. Iċ-Ċentru jkollu wkoll viżti regolari minn Consultant Pediatrician li għandu interess speċifiku fil-qasam tad-diżabbiltà u minn membri tal-ACTU (Access and Communication Technology Unit) li jaħdmu id f’id mal-għalliema tal-ICT taċ-Ċentru.. Dan iċ-Ċentru jifforma parti mill-Kulleġġ San Benedittu. Tel. 21642398. 21642398
  • Iċ-Ċentru ta’ Riżorsa Dun Manwel Attard jagħmel parti mill-Kulleġġ Marija Regina. Dan huwa Ċentru post-sekondarju u joffri opportunitajiet akkademiċi, vokazzjonali u extra-kurrikulari ta’ l-ogħla kwalità lil studenti b’ħiliet differenti. Jiġu offruti wkoll bosta opportunitajiet ta’ taħriġ fid-dinja tax-xogħo L-amministrazzjoni u l-istaff fi ħdan iċ-Ċentru jaħdmu id f’id biex joffru lill-istudenti l-aħjar esperjenza edukattiva tant bżonnjuża biex jgħixu ħajja indipendenti bi prospetti wkoll ta’ xogħol addattat. Terapiji jiġu wkoll offruti lil studenti bi bżonnijiet aktar kumplessi. Dan iċ-Ċentru jifforma parti mill-Kulleġġ Maria Regina. Tel. 21573989. 21573989.