Id-dud tar-ras (Pediculosis capitis) huwa insett parassita li jgħix fuq ir-ras ġewwa x-xagħar. Il-preżenza ta’ dan l-insett fix-xagħar mhux relatata ma’ nuqqas ta’ iġene personali jew nuqqas ta’ iġene fid-dar jew fl-iskola. Permezz tal-iskrining flimkien ma’ trattament, Screening is carried out throughout the year at the school premises.
Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti f’kollaborazzjoni ma’ esperti privati joffri servizz ta’ skrining u trattament fl-iskejjel kollha tal-istat. Dan is-servizz huwa provdut matul is-sena skolastika kollha. Studenti jiġu ċċekkjati u fil-każ ta’ riżultat pożittiv, flimkien mal-ġenituri, jitfassal programm ta’ trattament biex titneħħa l-problema. Waqt it-trattament l-istudent jew studenta ma jattendux skola sakemm jiġu ċċertifikati li huma nodfa mid-dud.