Objettivi tas-Servizz

Is-servizz għall-istudenti b’vista batuta għandu l-mira li: 

  • Jgħin lill-istudenti jiżviluppaw il-potenzjal soċjali, mentali u fiżiku tagħhom;
  • Jiżgura l-aċċessibbiltà għall-kurrikulu;
  • Jiżviluppa l-ħiliet indipendenti tal-istudenti;
  • Inissel ħiliet ta’ tagħlim tul il-ħajja, kura personali u ċittadinanza attiva.

Servizzi Offruti

L-għalliema tal-istudenti b’vista batuta: 

  • Jinfurmaw liċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal u lill-iskejjel dwar id-diżabbiltà tal-istudenti u kif din taffettwa l-edukazzjoni, il-provvedimenti u l-adattamenti meħtieġa fiċ-ċentru tal-kura tat-tfal, fil-klassi jew fl-ambjent tal-iskola u l-arranġamenti speċjali meħtieġa waqt l-eżamijiet;
  • Jappoġġaw lill-istudenti fil-programmi tal-Kura tat-tfal/Kindergarten tagħhom. Dan jinvolvi apprendiment u tagħlim permezz tal-logħob. Oqsma fil-mira huma dawk viżivi, fiżiċi, konjittivi, tal-lingwa, soċjali u tal-kura personali. Il-mira hija li l-istudenti jingħata għajnuna biex jiżviluppaw b’mod olistiku;
  • Jipprovdu kotba adatti bi stampar kbir u jagħtu lill-istudenti sapport individwali biex jgħinuhom jitgħallmu jaqraw, kemm bil-Malti u bl-Ingliż;
  • Jipprovdu pariri professjonali lill-edukaturi u jirrakkomandaw strateġiji edukattivi u struzzjonali, kif ukoll apparati teknoloġiċi għal aċċess aħjar għall-kurrikulu;
  • Jipprovdu sapport fil-kaligrafija. L-iżvilupp tal-ħiliet tal-kaligrafija huwa kompitu diffiċli għal xi studenti. L-użu ta’ għodod u materjali speċjalizzati bħal karta speċjali, tidwil u tagħmir ieħor huwa rakkomandat biex jgħin lil dawn l-istudenti;
  • Isiru attivitajiet qabel il-Braille u lezzjonijiet fil-Braille.

Eliġibilita’ għas-Servizz

L-istudenti li huma rreġistrati li għandhom vista batuta u studenti fiċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal, fil-Kindergarten, fl-iskejjel primarji, intermedji u sekondarji li għandhom vista batuta, telf tal-vista jew huma għomja kif iddikjarat minn oftalmologu/ottometrista huma eliġibbli għas-Servizz għal Studenti b’Vista Batuta.

Min jista’ jirreferi lill-istudenti għas-Servizz għall-Istudenti b’Vista Batuta?

It-trabi u l-istudenti jistgħu jiġu riferuti minn professjonisti mediċi jew minn membri tat-Tim tal-Maniġment Superjuri tal-iskola fejn jattendu l-istudenti.

Ritratti b’Indeboliment tal-Vista

Physics Layout
Maths Layout
Physics Layout
Physics Layout

L-istudent editja l-karatteristiċi grafiċi sabiex jifhem u jsolvi aħjar il-problemi.

Boat puzzle
Child playing with patterns
Children playing with Shape dominoes
Child playing with Texture dominoes

L-istudenti ngħataw ir-riżorsi tattili t-tajba biex jaċċessaw il-problema preżenti u jsolvu l-it b ’mod indipendenti..