L-Objettivi tas-Servizz
Is-servizz għandu l-mira li jappoġġa lill-istudenti billi joffrilhom programm edukattiv waqt is-soġġorn tagħhom fl-isptar.
Servizzi Offruti
Għalliema li jissaportjaw lill-istudenti fl-isptar:
- jikkoordinaw mal-Kap tal-Iskola u l-għalliema rispettivi biex l-istudenti jkunu jistgħu jsegwu l-programm edukattiv li normalment isir fl-iskola. Dan iseħħ fil-każ ta’ student li jiddaħħlu l-isptar għal terminu twil;
- jikkoordinaw mal-Unità tal-Evalwazzjoni u d-Dipartiment tal-MATSEC meta l-istudenti jiddaħħlu l-isptar waqt sessjonijiet tal-eżamijiet (eżamijiet tal-Benchmark, eżamijiet mocks u eżamijiet tal-livell SEC) u jagħmlu l-arranġamenti neċessarji sabiex l-eżamijiet isiru fl-isptar;
- jattendu laqgħat multidixxiplinari dwar il-ħtiġijiet olistiċi tal-istudenti fl-isptar.
Eliġibilita’ għas-Servizzi
Studenti, bejn l-etajiet ta’ 5 u 16-il sena, li jiddaħħlu fl-Isptar Mater Dei jew fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo huma eliġibbli għal Klassijiet fl-Isptar.
Ritratti tal-Klassijiet tal-Isptar
L-għalliema u r-riżorsi disponibbli matul is-servizz.