Stqarrija tal-Missjoni
Is-Servizz għal Intervent Bikri jipprovdi sistema ta’ sapport komprensiv u ċċentrat fuq il-familja għal tfal b’diżabbiltajiet jew dewmien fl-iżvilupp fl-ewwel ħames snin (0-5) tal-ħajja. Il-prinċipju huwa li jiġi minimizzat id-dewmien u jiġu mmassimizzati ċ-ċansijiet li jintlaħqu stadji ewlenin tipiċi fl-iżvilupp. Jappoġġa u jimplimenta wkoll proċeduri ta’ valutazzjoni biex tiżdied l-identifikazzjoni bikrija tad-diffikultajiet u jipprovdu sapport lill-familja kmieni kemm jista’ jkun.
Objettivi tas-Servizz
Is-Servizz għal Intervent Bikri għandu l-mira li:
- Itejjeb u jissapportja l-ħiliet ta’ tfal żgħar fl-oqsma ta’ żvilupp li ġejjin: Ħiliet Fiżiċi (motorji kbar u fini), Komunikazzjoni u Lingwa, Żvilupp tal-Awtokura Essenzjali, Soċjali u Emozzjonali, Konjittivi (raġunament, soluzzjoni ta’ problemi, memorja u attenzjoni), ta’ qabel in-numeriżmu u qabel il-litteriżmu;
- Jimminimizza l-impatt tad-diffikultajiet u d-dewmien fl-iżvilupp;
- Jikkomunika u jikkollabora f’timijiet multidixxiplinari biex jiżgura l-identifikazzjoni bikrija tat-tfal li huma f’riskju;
- Jikkontribwixxu għal Pjanijiet ta’ Servizz għall-Familji Individwali (IFSPs) u jagħti s-setgħa lill-familji permezz ta’ sħubija biex jiġi massimizzat il-potenzjal ta’ kull tifel u tifla individwali;
- Itejjeb l-ambjenti tal-apprendiment għat-tfal billi jipprovdi sapport f’settings bikrija tat-tfal biex jinħolqu ambjenti ta’ apprendiment inklużivi;
- Jippromwovi l-inklużjoni soċjali tat-tfal flimkien mal-familja u l-involviment tagħhom f’sistemi bbażati fil-komunità/ Dan jinvolvi l-bini ta’ fiduċja bejn il-familji u fornituri tas-servizz. Il-familji jiġu ggwidati dwar kif jinnavigaw is-servizzi u s-sistemi eżistenti; u
- Jinvolvi ruħu f’inizjattivi li għadhom għaddejjin tal-Iżvilupp Professjonali sabiex jittejbu l-ħiliet tal-membri tat-Tim tal-Intervent Bikri.
Servizzi Offruti
- Evalwazzjoni dejjem għaddejja u Intervent fl-ambjent naturali tat-tfal; programmi għal tfal ta’ bejn 0-3 snin fid-djar/Ċentri tal-Kura tat-Tfal, sapport fil-klassi għat-tfal fil-Kinder.
- Identifikazzjoni bikrija ta’ tfal li huma “f’riskju” permezz tal-Programm ‘Lenti’ u l-Unità tal-Valutazzjoni tal-Iżvilupp tat-Tfal (CDAU).
- Attendenza f’konferenzi ta’ każijiet ta’ tfal li jkunu għaddejjin b’valutazzjoni fis-CDAU u jipprovdi rapport dwar l-edukazzjoni.
- Evalwazzjoni dejjem għaddejja u intervent fl-ambjent naturali tat-tfal: fid-djar u fiċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal għal tfal ta’ bejn 0-3 snin u sapport fil-klassi għat-tfal fil-Kinder 1 u 2.
- Sapport u pariri lill-ġenituri u l-edukaturi fiċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal u l-iskejjel fl-ippjanar u l-applikazzjoni ta’ programm edukattiv li huwa mfassal għall-ħtiġijiet individwali tat-tfal.
- Appoġġ fl-iżvilupp ta’ Tiswir ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni (MAPs) u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Pjanijiet Edukattivi Individwali (IEPs) fl-iskejjel.
- Sapport fit-tranżizzjonijiet bejn id-dar u ċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal, bejn iċ-Ċentri tal-Kura tat-Tfal u l-Kindergarten, u bejn il-Kindergarten u l-1 Sena.
- Workshops għall-ġenituri/tuturi legali, biex jipprovdilhom l-istrateġiji prattiċi biex l-iżvilupp ta’ wliedhom jittejjeb aktar. Dawn is-sessjonijiet jgħinu wkoll biex jiżdied l-għarfien tal-ġenituri dwar il-benefiċċji ta’ intervent bikri.
- Jipprovdi lit-tfal b’diversi opportunitajiet ta’ apprendiment permezz tal-organizzazzjoni ta’ varji attivitajiet fi grupp.
- Provvediment ta’ sapport u taħriġ għall-edukaturi tas-Snin Bikrija bħala żvilupp professjonali kontinwu.
Eliġibbiltà għas-Servizz
It-tfal huma eliġibbli għas-servizz ta’ Intervent Bikri jekk għandhom bejn 0-5 snin u hemm indikazzjoni ta’:
- Dewmien fl-iżvilupp f’żewġ oqsma jew aktar tal-iżvilupp (Fiżiku, Komunikazzjoni u Lingwa, Awtokura, Soċjali u Emozzjonali, u Konjittiv).
- Kundizzjoni b’dijanjosi li għandha probabbiltà għolja li tirriżulta f’diffikultajiet tal-iżvilupp eż., Spina Bifida, Disturb tal-Ispettru tal-Awtiżmu.
Min jista’ jirreferi lit-tfal għas-Servizz għal Intervent Bikri?
Is-Servizz għal Intervent Bikri għandu sistema ta’ riferiment miftuħa, jiġifieri, ġenituri/tuturi legali, edukaturi minn Ċentri tal-Kura tat-Tfal u skejjel, u professjonisti jistgħu jirreferu tfal lis-Servizz għal Intervent Bikri, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq.
Ritratti ta’ Intervent Bikri
Il-preżentazzjoni introduttorja tingħata lill-parteċipanti tal-avveniment ta’ intervent bikri.
Ir-riżorsi li għandhom jintużaw matul l-avveniment.
Ir-riżorsi li għandhom jintużaw matul l-avveniment.