Servizz Gwida għall-Karriera

Objettivi

Is-servizzta’ Gwida għall-Karrieri  jindirizza l-ħtiġijiet, l-aspirazzjonijiet u l-ħiliet tal-istudenti individwali fil-kuntest ta’ xenarju ekonomiku globalizzat li qiegħed jevolvi kontinwament, u  jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ proċess ħolistiku, tul il-ħajja. 

  • jipprovdi programmi ta’ gwida għall-karrieri, li jkollu fil-mira l-istudenti tal-iskejjel primarji, intermedji u sekondarji bil-għan li jippromwovi tagħlim effettiv u kisbiet edukattivi għoljin u jtejjeb l-iżvilupp personali tal-istudenti;
  • jipprovdi gwida għall-karrieri lill-istudenti permezz ta’ sessjonijiet individwali, fi grupp jew fil-klassi;
  • jgħin lill-istudenti jagħmlu deċiżjonijiet xierqa dwar il-karriera billi jipprovdi informazzjoni u gwida dwar l-opportunitajiet disponibbli fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • jgħin lill-istudenti jakkwistaw il-ħiliet u l-kompetenzi neċessarji relatati mal-kitba tas-CV, ħiliet fl-intervisti u strateġiji oħra li jgħinu fl-għażla tal-karriera;
  • jorganizza żjarat ta’ orjentazzjoni għall-karrieri lejn postijiet tax-xogħol u istituzzjonijiet postsekondarji skont l-interessi tal-istudenti;
  • iħejji lill-istudenti għall-post tax-xogħol, jikkoordina u jorganizza l-esperjenza ta’ espożizzjoni għall-karriera;
  • jgħin lill-istudenti fil-fażijiet differenti tat-tranżizzjoni, b’mod partikolari mill-iskola primarja għall-intermedja u mill-edukazzjoni sekondarja għall-postsekondarja;
  • jorganizza bosta inizzjattivi ta’ gwida għall-karrieri matul is-sena li jinvolvu lill-istudenti, il-ġenituri/kustodji u partijiet ikkonċernati oħra. Aqra aktar.

Il-Proġett u l-portal tal-web ta’ Explore more

Bħala parti mill-eżerċizzju tal-għażla tas-suġġetti għall-istudenti tat-8 sena tal-iskola mejda giet mnedija pjattaforma ġdida ta’ gwida għall-karrieri li tnediet f’Diċembru 2018. Din il-pjattaforma interattiva għandha l-mira li tiffaċilita l-għażliet tal-karrieri għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji. Matul l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, l-istudenti jeħtieġu jagħżlu għadd ta’ suġġetti biex jiffokaw l-istudji tagħhom fuqhom u li jwittu t-triq għall-għażliet professjonali tagħhom aktar tard fil-ħajja. L-informazzjoni hija ppreżentata f’mod interattiv sabiex l-istudenti jinteraġixxu mal-informazzjoni. Il-lingwaġġ magħżul huwa addattat għall-etajiet tal-istudenti u jinsab kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Permezz ta’ riċerka ffokata, l-informazzjoni kollha disponibbli ġiet diretta lejn pjattaforma waħda u tinkludi sensiela ta’ profili ta’ impjiegi, vidjows li juru “ġurnata fil-ħajja ta…”, li tagħti lill-istudenti idea aħjar ta’ x’inhu l-impjieg li qed jaspiraw għalih u kwiżż biex jgħin lill-istudenti jesploraw il-perkors tat-tagħlim ippreferut tagħhom u l-għażliet tas-suġġetti ppreferuti.

Fuljett ta’ riflessjoni

L-NSSS ħadem ukoll fuq l-iżvilupp ta’ Espożizzjonoi għall-Karriera: Logbook ta’ Riflessjoni għall-Istudent li jista’ jitniżżel minn hawn.

Il-logbook huwa handbook biex jimtela li għandu l-mira jipprepara lill-istudenti qabel ma jibdew l-esperjenza tagħhom, jiggwidahom permezz tal-esperjenza u jgħinhom jirriflettu fuq l-għarfien/impressjonijiet li huma jiksbu minnha.

Koordinazzjoni tal-Proġett Euroguidance, portal tal-web, paġna ta’ Facebook u newsletter biannwali

L-NSSS huwa responsabbli wkoll għall-immaniġġjar u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet organizzati mill-Euroguidance li jiffukkaw fuq il-qasam tal-gwida għall-karrieri. Dan huwa proġett iffinanzjat mill-Erasmus+ bil-miri li ġejjin: 

  • jappoġġa l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea ta’ gwida tul il-ħajja fi ħdan is-sistemi ta’ gwida nazzjonali permezz ta’ kooperazzjoni strateġika ma’ awtoritajiet, servizzi u netwerks nazzjonali u tal-UE rilevanti, kif ukoll permezz tal-qsim ta’ informazzjoni, tagħlim bejn il-pari u l-iffaċilitar tal-iskambju internazzjonali u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-gwida tul il-ħajja;
  • jqajjem l-għarfien u l-kuxjenza dwar il-valur tal-mobilità internazzjonali u l-iżvilupp tal-ħiliet biex issir għażla sew tal-karriera;
  • Dan huwa appoġjat permezz ta’ taħriġ u opportunitajiet ta’ tagħlim oħrajn kif ukoll disseminazzjoni u kommunikazzjoni strateġika;
  • Provvista ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar:
    1. Id-dimensjoni Ewropea tal-gwida.
    2. Informazzjoni u għodod biex tiġi ssapportjata l-mobilità fl-Ewropa, inklużi servizzi ta’ gwida, iċ-ċaqliq lejn pajjiż, skambju u għotjiet, rikonoxximent tal-kwalifiki u opportunitajiet ta’ tagħlim.
    3. Ir-rwol u l-funzjoni tan-netwerk u ċ-ċentri tal-Euroguidance
    4. Żviluppi ta’ politika u inizjattivi tal-UE rilevanti.
    5. Riżultati ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE, avvenimenti, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-parti u attivitajiet tan-netwerks
    6. Prattiċi innovattivi, riċerka u żvilupp ta’ servizzi ta’ gwida biex tiġi appoġġjata l-mobilità fl-Ewropa. Agħtu ħarsa lejn is-sit web ta’ Euroguidance MT hawn EG MT żviluppat ukoll in-Newsletter tagħha u l-paġna ta’ Facebook.